Impjegati tal-MAPFRE jgħinu f’Dar Papa Franġisku

Għaxar impjegati mill-Grupp MAPFRE taw ftit mil-ħin tagħhom biex jgħinu f’Dar Papa Franġisku. Din id-dar tipprovdi kenn temporanju lill-persuni li jkunu għaddejin minn xi kriżi jew sitwazzjoni difiċli f’ħajjithom.  Il-Grupp MAPFRE għandu wkoll pjanijiet biex ikompli inizzjativi simili matul l-2019.

Dar Papa Franġisku hija miftuħa bil-lejl u bin-nhar is-sena kollha, u tipprovdi għajnuna bażika għal dawk fil-bżonn. Barra l-20 sodda fejn kemm irġiel kif ukoll nisa jistgħu jistrieħu matul il-lejl, din id-dar toffri wkoll ikla għal min mhuwiex resident hekk kif għandha wkoll 36 post ghal-ikel. Għaxar carers li ġew imħarġa ġewwa djar simili mil-Caritas ġewwa Ruma jieħdu ħsieb l-eżiġenzi ta’ dawn in-nies fil-bżonn.

Il-grupp ta’ voluntiera minn MAPFRE Malta ippreparaw l-ikel u qattgħu ftit żmien mar-residenti. “Kienet esperjenza tassew memorabbli, li tgħinek tinduna kemm għadna għalfejn nkunu grati,” qalet Jessica Deguara, waħda mill-voluntiera f’din l-attivita.

Dar Papa Franġisku hija mmexxija mill-Caritas, bil-kollaborazzjoni tal-gvern u l-Fondazzjoni Alfred Mizzi.

MAPFRE Middlesea p.l.c (C-5553) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ‘ Malta (MFSA) biex tmexxi Negozju  fit-tul u Generali skont l-Att dwar il-Kummerc tal-Assigurazzjoni,  Kap 403 tal– Liġijiet ta’ Malta.

MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ‘ Malta biex tmexxi negozju tal-assigurazzjoni fit-tul taħt l-Att dwar il-Kummerc tal- Assigurazzjoni, Kap 403 tal- Liġijiet ta’ Malta.

 L-entitajiet kollha huma regolati mill-MFSA.