Impjegati tal-BOV jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-President’s Solidarity Fun Run

Nhar il-Ħadd grupp kbir ta’ impjegati tal-BOV, flimkien ma’ membri tal-familja u ħbieb ġeddew l-appuntament annwali tagħhom mal-President’s Solidarity Fun Run. Il-fondi miġbura f’donazzjonijiet permezz ta’ dan l-avveniment se jmorru għall-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Din is-sena, il-grupp tal-impjegati tal-BOV li għażel li jimxi f’dan l-avveniment iltaqa’ kmieni filgħodu fil-bitħa interna tal-Wignacourt Centre tal-Bank of Valletta f’Santa Venera. Hawnhekk, huma ħadu sehem f’sessjoni ta’ warm-up bil-koreografija tal-ħarrieġ fiżiku u impjegat tal-BOV Jes Sciberras, qabel ingħaqdu mal-folla ewlenija ta’ dawk mexjin fl-avveniment bi bżieżaq u b’doża tajba ta’ pożittività.
Grupp ieħor ta’ impjegati tal-BOV ingħaqad ma’ dawk li ġrew mir-Rabat, it-triq kollha sal-Belt Valletta.