Impjegati ta’ Nectar Group b’sehem attiv f’kampanji kontra l-kanċer

Bħala parti mill-impenn biex iħarsu s-soċjetà u jagħmlu differenza pożittiva, Nectar Group u l-impjegati tiegħu din is-sena taw l-appoġġ  tagħhom lil żewġ kampanji globali: Pink October u Movember.
Nectar Group iddedika jumejn għall-dress-down days. Dawn saru fit-23 u t-30 ta’ Ottubru biex jiġġeneraw aktar għarfien u jiġbru fondi b’risq il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider. L-impjegati taw donazzjoni biex setgħu imorru x-xogħol libsin flokkijiet sponsorjati ta’ Pink October u jeans.
Hekk kif għaddiet il-kampanja Pink October, ħafna mill-impjegati rġiel irrispondew għas-sejħa tal-kampanja Movember biex jiġġeneraw aktar għarfien b’mod partikolari dwar il-kanċer fil-prostata, kanċer testikolari, saħħa mentali u inattività fiżika. L-impjegati rġiel qed jikkompetu bejniethom biex ikabbru l-leħja u jtellgħu r-ritratti fuq il-paġna tal-Facebook tal-Kumpanija. Permezz tar-ritratti, l-irġiel jimmarkaw il-progress tagħhom fit-tkabbir tal-leħja bl-għan li jiksbu l-aktar voti.  
Barra minn hekk, biex jinkuraġġixxu stil ta’ ħajja b’saħħitha u b’attività fiżika matul il-kampanja Movember, l-impjegati organizzaw logħba futbol fil-grawnd tal-Imqabba. Immexxija mill-familja li huma wkoll is-sidien, Nectar Group of Companies, hu wieħed mill-importaturi  u distributuri ewlenin fl-industrija tal-ikel u x-xorb f’Malta u Għawdex. Il-Grupp jistinka biex jilħaq l-eċċellenza fix-xogħol billi jforni prodotti ta’ kwalità superjuri, u jħaddem l-aqwa prattiċi u ħarsien għas-soċjetà.