Impjegati ta’ Mapfre Middlesea u MSV Life jqattgħu ħin mal-anzjani

Riċentament, grupp ta' impjegati mill-Mapfre Middlesea u MSV Life qattgħu għodwa mar-residenti ta' Casa Arkati fil-Mosta, bħala parti mill-Programm ta’ CSR 2016.
Matul l-għodwa, l-impjegati għenu grupp ta' residenti anzjani jippreparaw deżerta bil-frott, li aktar tard ġiet mqassma lil 150 resident.
Aktar tard,  saru żewġ sessjonijiet separati tal-mużika għal żewġ gruppi ta' residenti,  li ippartiċipaw permezz ta’ kant u daqq ta’ instrumenti.  Dakinhar ukoll, MSV Life tat donazzjoni ta’ 30 ktieb lil Casa Arkati.
Din l-attività hija waħda minn sensiela ta' attivitajiet fi ħdan il-Programm ta’ CSR, li permezz tiegħu l-kumpaniji jgħinu entitajiet li jaħdmu għall-komunità, kemm finanzjarjament u permezz ta' avvenimenti li fihom l-impjegati jipparteċipaw.
L-avveniment sar  b'kollaborazzjoni ma’ Volcare, proġett bejn CareMalta u SOS Malta biex itejbu s-servizzi volontarji fl-residenti għall-anzjani.