Impjegati ta’ GasanMamo jagħtu dehra isbaħ lil Fatima House

It-tim li ta sehmu f’din l-inizjattiva, ħa miegħu dak kollu li kellu bżonn sabiex jagħti tindifa lil din id-dar.
Il-ħaddiema ta’ GasanMamo meddew idejhom għal kull tip ta’ xogħol li kien hemm bżonn, minn żebgħa għal tindif biex ġabu din id-dar tidher isbaħ u aħjar.
Id-Direttur Maniġerjali ta’ GasanMamo Insurance, Julian Mamo, qal li “bħala kumpanija responsabbli, aħna nħarsu lejn din il-ġurnata bħala opportunitá speċjali biex nagħtu l-għajnuna kollha li jkun hemm bżonn lill-komunitá. Dan nagħmluħ billi ngħinu lil dawk li qed jaħdmu direttament mal-foqra u t-tfal iż-żgħar, bħal fil-każ tas-Sorijiet tal-Ursolini ta’ Fatima House”.
Temm jgħid li “il-kumpanija tagħna tfittex li tagħti assistenza b’modi differenti sabiex intejbu l-kwalitá tal-ħajja tan-nies li qed jaffaċċjaw diffikultajiet f’ħajjithom.”
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.