Impjegati ta’ Argus jaqdfu 1,200 kilometru b’risq il-Fondazzjoni Alive

Impjegati tal kumpanija Argus Insurance Agencies Limited qadu minn Kopenħagen fid-Danimarka sa Varsavja fil-Polonja b’risq il-Fondazzjoni Alive, bil-għan li jinġabru fondi dwar it-trattament tal-kanċer.
Id-distanza totali kienet ta’ 1,200 kilometru.
L-impjegati kollha tal-kumpanija ħadu sehem f’din l-attività, b’uħud qadfu bir-roti u oħrajn iġġogjaw distanza ta’ 14-il kilometru.
L-impjegati kienu mmexxija minn Max Borg Bonello, impjegat li ngħaqad ma’ Argus dan l-aħħar u li qed jieħu sehem fl-Alive Cycle Challenge.
Biex tkun tista’ ssir din l-isfida, Argus pprovdiet sigħat ta’ xogħol flessibbli u tat ukoll ġranet franki lill-impjegati tagħha biex ikunu jistgħu jattendu programm ta’ taħriġ.
Aktar tagħrif dwar l-Alive Charity Foundation minn fuq http://alivecharity.com/2017/. Wieħed jista’ jagħti wkoll donazzjoni b’risq ir-riċerka dwar it-trattament tal-kanċer.
Għal aktar tagħrif dwar Argus Insurance Agencies Limited u l-prodotti tal-assigurazzjoni tagħhom, żur is-sit: https://www.argus.com.mt