Impjegati ġo ħanut f’Birkirkara jagħrfu żewġ ħallelin

Żewġ persuni ġew arrestati wara li impjegati f’ħanut għarfu liż-żewġ ħallelin li kienu serqu ħanut tal-istess kumpanija fiż-Żejtun.
Meta ndunaw b’dan iż-żewġ persuni, li din id-darba kienu f’ħanut f’Birkirkata, l-impjegati infurmat lill-Pulizija.
Dawn wasslu minnufih fuq il-post u arrestaw liż-żewġ persuni li kienu mfittxija.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li din id-darba ma rnexxielhom jisirqu xejn.