Impjegata tal-Vodafone tingħaqad mal-“Heroes” f’Londra

Daniela Abela, il-Global Hero Annwali ta’ Vodafone Malta għall-2014/15, li hi l-Customer Experience Delivery Senior Executive fis-settur tal-Commercial Operations Group tal-kumpanija, għadha kif waslet lura minn Londra fejn attendiet għall-avveniment annwali tal-Global Hero Recognition.  Ma’ Daniela ngħaqdu 28 Vodafone Global Hero oħrajn mill-kumpanji kollha ta’ Vodafone minn madwar id-dinja.
Dan l-avveniment ikkonsista f’VIP weekend, kollox imħallas f’Londra, fejn il-Heroes kollha gawdew minn żjarat organizzati apposta biex jaraw il-belt, inkluża żjara privata fil-London Eye u żjara lil waħda mill-aqwa shows teatrali fil-West End.  Punt ewlieni f’Londra kienet iż-żjara li saret fl-uffiċċji tal-Vodafone f’Paddington fejn ingħataw merħba kbira mill-istaff kollu u fejn iltaqgħu ma’ Vittorio Colao, iċ-Chairman tal-Vodafone Group.
Il-Vodafone Annual Global Heroes hu unur iddedikat għal dawk l-impjegati li jagħmlu xogħolhom bl-aqwa mod u jkunu mudelli għall-oħrajn biex  jaġixxu f’‘The Vodafone Way’.