Impenn għal soluzzjoni politika fil-Libja mingħajr indħil militari

Britain's Prime Minister Boris Johnson, Republic of Congo's President Denis Sassou Nguesso, Turkish President Recep Tayyip Erdogan, French President Emmanuel Macron, German Chancellor Angela Merkel United Nations Secretary-General Antonio Guterres, Russian President Vladimir Putin, Egyptian President Abdel Fattah al-Sisi, Algerian President Abdelmadjid Tebboune, U.S. Secretary of State Mike Pompeo and European Commission President Ursula von der Leyen pose for a family photo during the Libya summit in Berlin, Germany, January 19, 2020. REUTERS/Hannibal Hanschke

F’Berlin, il-kapitali Ġermaniza, il-Ħadd filgħaxija ntemm summit internazzjonali dwar il-Libja b’impenn mill-potenzi ewlenin biex ikun imsaħħah l-embargo tal-armi kontra l-Libja kif ukoll biex ikun tirranka l-ħidma għal soluzzjoni politika għal dan il-pajjiż.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll iż-żewġ avversarji ewlenin Libjani – Khalifa Haftar, li jmexxi l-forzital-Lvant tal-Libja, u Fayez Sarraj, il-Prim Minsitru tal-Gvern fil-Libja.

Imma dawn it-tnejn ma poġġewx fuq l-istess mejda u ma’ kellhom ebda laqgħa wiċċ imb’wiċċ imma l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel li mexxiet il-laqgħa qalet li dawn kienu kontinwment infurmati b’dak li kien għaddej.

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, ir-Russja u t-Turkija kienu fost dawk li impenjaw ruħhom li jintemm l-indħil military barrani fil-Libja kif ukoll li jkun imsaħħah l-embargo tal-armi kontra l-Libja.

Diveri pajjiżi qed jappoġġjaw militarment xi naħa jew oħra fil-kunflitt Libjan u ftit ġranet ilu il-President Tork Tayyip Erdogan, li kien preżenti f’Berlin, ħabbar li truppi Torok bdew jaslu Tripli biex jappoġġjaw il-forzi tal-Gvern imexxi minn Sarraj. 

Haftar min-naħa l-oħra igawdi minn appoġġ fost l-oħrajn mill-Eġittu u l-Emirati Għarab Maqgħuda.