Impenn biex tiżviluppa l-kitba LGBTQQI+

L-għaqda studenteska We Are – LGBTQQI+ nediet proġett bl-isem ta’ Kitba Queer, bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-fond għall-Kommunitajiet Kreattivi .
Il-proġett jikkonsisti f’sessjonijiet ta’ taħriġ għall-parteċipanti żgħażagħ bejn il-15 u l-35 sena biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa fil-kitba u l-illustrazzjonijiet tagħhom.
Mill-proġett se tkun qed tiġi ppubblikata antoloġija kemm bil-Malti u l-Ingliż.
Il-We Are – LGBTQQI+ fi stqarrija qalu li l-antoloġija mhix it-tmiem tal-proġett, imma se jkomplu jħeġġu u jistħarrġu lill-parteċipanti fil-proġett biex dawn ikomplu jiżviluppaw l-arti tagħhom, bħalma huma blogs jew disinjar ta’ siti.
L-Għaqda argumentat li wara li nnutaw nuqqas ta’ kitba queer jixtiequ jaraw iktar rappreżentanza fil-letteratura.
Kitba Queer għandhom ukoll paġna fuq Facebook. 
Ritratt: Facebook