​Impenji internazzjonali għat-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa

It-tim nazzjonali tan-nisa mmexxi mill-kowċ Pierre Brincat, tela’ fi Grupp 2 fir-rawnd preliminari tal-Kampjonati Ewropej.
F’dan il-grupp flimkien ma’ Malta nsibu lill-Ġorġja, l-Andorra u l-Gżejjer Faroe.
Il-logħbiet minn dan ir-rawnd preliminari jsiru f’Malta bejn l-4 u d-9 ta’ April ta’ din is-sena.