Impenji iebsin għall-Maltin

F’Kazan fir-Russja it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-dsatax –il sena ġie megħlub mit-tim nazzjonali Russu bl-iskor ta’ 4-0.

Din il-logħba kienet l-ewwel waħda minn Grupp 13 tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tal-UEFA ta’ taħt id-dsatax –il sena.

Minn naħa l-oħra t-tim nazzjonali Malti tal-kbar jinsab lest biex illejla jilqa’ lit-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka f’Ta’ Qali.

Għal Malta se jkun hemm sospiż Andre' Schembri, filwaqt li Michael Mifsud se jilgħab il-100 logħba mat-tim nazzjonali Malti. 

Il-partita tal-lum se tkun dik ta’ qabel tal-aħħar minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 fil-Brazil.

L-aħħar partita se tintlagħab nhar It-Tlieta 15 t’Ottubru fid-Danimarka.