Impatt żgħir mill-ftuħ tal-ħwienet: “Hemm bżonn aktar għall-SMEs”

Miguela Xuereb

Il-Kamra tal-SMEs qalet li kien hemm impatt żgħir ħafna fuq il-moviment ekonomiku mill-ftuħ ta’ xi ħwienet. Fi stqarrija, il-Kamra qalet li permezz tal-ħidma tat-taskforce tal-SMEs setgħet toħroġ b’aktar proposti biex tissaħħaħ l-ekonomija.

Dawn huma uħud mill-proposti li ġew ippreżentati lill-awtoritajiet:

  • Reviżjoni tal-faxex tat-Taxxa tad-Dħul biex dawk li jaqilgħu sa €100,000 fi profitti jiġu intaxxati sa 20%.
  • It-tneħħija tat-taxxa tas-SISA fuq il-prodotti bħalma huma shampoos, fwejjaħ u prodotti tas-sbuħija.
  • Introduzzjoni ta’ skema speċjali biex tgħin lill-ħwienet bi problemi ta’ kiri.
  • Skema għall-ingaġġ mill-ġdid ta’ ħaddiema li jkunu tkeċċew fejn tiġi ssussidjata l-paga tagħhom b’€500 fix-xahar għal tul ta’ sena.
  • Ikun hemm arrangamenti legali biex jekk Malta terġa’ tgħaddi minn kriżi jkun hemm framework legali li bih l-SME jistgħu jserħu rashom.
  • Kampanja dwar il-prodott lokali biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni.
  • Inċentivi ħodor biex tissaħħaħ l-ekonomija l-ħadra u jiġu ġġenerati xogħlijiet sostenibbli u ħidma qawwija biex tiġi missielta t-tibdil fil-klima.
  • Inċentivi speċjali għal Għawdex biex it-turiżmu u l-investiment jissaħħaħ anke fil-gżira Għawdxija.

Il-Kamra tal-SMEs qalet li wara li jgħaddu t-3 ġimgħat minn meta ġew rilassati l-ewwel miżuri, Malta tkun tista’ tagħmel rendikont biex toħroġ bi pjan dwar kif l-ekonomija tista’ terġa’ tirranka.

Tista’ taqra l-istqarrija sħiħa hawn:

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn