Imorru l-iskola b’kalzetti kkuluriti u farradin

L-istudenti tal-Our Lady Immaculate School marru l-iskola libsin kalzetti farradin, f’attività sabiex titqajjem aktar kuxjenza għall-persuni Down Syndrome.
Fi stqarrija, l-iskola spjegat kif f’din l-attività, it-tfal ġew imħeġġa jesprimu lilhom infushom b’mod artistiku filwaqt li japprezzaw l-individwalità tagħhom.
Permezz ta’ din l-attività, l-iskola xtaqet turi lill-istudenti tagħha li għandhom jilqgħu d-diversità fis-soċjetà u jirrikonoxxu l-importanza tal-inklużjoni.