Imniedi servizz ta’ chat għal vittmi ta’ kriminalità

Sħubija bejn SOS Malta u Victim Support Malta, bl-għajnuna ta’ fondi mill-Malta Community Chest Fund, wasslet għat-tnedija ta’ servizz ġdid għall-vittmi tal-kriminalità.
Victim Support Online hu servizz ta’ chat li se jingħata minn voluntiera u professjonisti fuq bażi volontarja u anonima, permezz tas-sit elettroniku www.vso.org.mt, b’għajnuna lill-vittmi dwar aspetti legali jew informazzjoni prattika.
Se jingħata erba’ darbiet fil-ġimgħa, mill-20 t’April, għal sagħtejn kull darba: nhar ta’ Tnejn u nhar t’Erbgħa bejn il-5.30pm u s-7.30pm, u l-Ġimgħa u s-Sibt bejn id-9.00am u l-11.00am.
Tnieda wkoll servizz ta’ email li se jitħaddem fil-ħinijiet li ċ-chat ma tkunx titħaddem.
Il-proġett għandu l-għan li jservi ta’ proġett pilota għal sena, bit-tama li jiġi estiż għall-ġid tas-soċjetà.