Imniedi screening għall-awtiżmu għat-tfal ta’ 18-il xahar

Ġie mniedi screening nazzjonali għall-awtiżmu lit-tfal li għandhom 18-il xahar bil-għan li jiddentifika minn kmieni l-ewwel sintomi ta’ din il-kundizzjoni.
Dan ġie mniedi mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.
Filfatt l-iscreening se jkun qed isir b’ħidma bejn iż-żewġ Ministeri.
Il-proġett beda bħala proġett pilota li matulu diġà ġew ittestjati 1,500 tarbija, li 200 minnhom kellhom bżonn ta’ follow-up.
Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, fakkar li matul din is-sena ġie introdott screening ieħor fuq it-trabi biex jiċċekkjaw it-tyhroid.
Qal ukoll li s-sena d-dieħla se jiddaħħal screening ieħor fit-trabi għal kundizzjoni tal-Phenylketonuria.
Min-naħa tiegħu l-Ministru Evarist Bartlo faħħar il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ Ministeri u qal li l-ewwel 1,000 ġurnata fil-ħajja ta’ tarbija huma ġranet fundamentali fl-iżvilupp tal-ulied u għalhekk huwa importanti li t-tfal jkunu screened.