Imniedi programm biex jgħin lil żgħażagħ bla xogħol

Ġie mniedi l-programm Prince’s Trust International, Get Into bil-għan li jgħin liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u biex jappoġġjahom fix-xogħol tagħhom.
Dan il-kors li jtul bejn ħmistax u sitt ġimgħat huwa maħsub biex jgħin liż-żgħażagħ li għandhom bejn 16 u 30 sena u li m’għandhomx impjieg.  Dan billi jingħataw taħriġ f’ħiliet vokazzjonali u esperjenza ta’ xogħol fid-dinja reali.
Get Into jinvolvi lil min iħaddem, kemm fl-iżvilupp tal-programm kif ukoll waqt it-taħriġ biex jiżgura li ż-żgħażagħ jissodisfaw fuq il-postijiet tax-xogħol vakanti li jitħarrġu għalihom.
Fl-aħħar għaxar snin, dan il-programm appoġġja lil aktar minn 35,000 żagħżugħ u żagħżugħa fir-Renju Unit u bħalissa qed jitħaddem fl-Awstralja, fil-Barbados, fil-Kanada, fl-Indja u fil-Ġordan. 
Dan il-programm se jkun imexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ fejn se twassal ħames programmi li jinkludu l-ospitalità u l-kura soċjali.
Għal aktar dettalji tista’ tibgħat hawn.
Sadanittant, ilbieraħ il-Ministru faħħar lill-istudenti Maltin li jattendu wieħed mill-programmi tal-Prince's Trust, u li jikkwalifikaw fost l-aqwa fejn dal-programmi jiġu offruti.
Ritratt: DOI: Clifton Fenech