Imniedi proġett pilota bil-pannelli fotovoltaiċi fuq il-baħar

L-MCAST nieda proġett pilota li huwa intiż li jinvestiga u jistudja l-prestazzjoni mekkanika u elettrika tal-pannelli fotovoltaiċi fuq il-baħar.
Dan l-eżerċizzju għandu jiddetermina jekk hux teknikament u kummerċjalment vijabbli li jsiru dawn is-sistemi.
Dan il-proġett pilota, li se jdum għaddew sentejn, qed jiġi ssusidjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-pannelli se jitpoġġew madwar il-kosta ta’ Malta.
Il-baħar se jkun qed jassorbi s-sħana eċċessiva filwaqt li l-pannelli se jkunu qed jiġġeneraw l-elettriku.
Il-prestazzjoni tal-pannelli fotovoltaiċi se jiġi mkejjel b’sistema simili iżda ferm iżgħar li se tiġi nstallata fuq l-art.
Apparti l-MCAST f’dan il-proġett qed jieħdu sehem ukoll kumpaniji lokali u Kanadiża.
Fit-tnedija tal-proġett pilota, il-Kap Eżekuttiv tal-MCAST, Stephen Cachia tkellem dwar l-importanza tar-riċerka u l-impenn tal-Kulleġġ li jinvesti biex riċerka ta’ din ix-xorta issir.
Żvela li hemm proġett oħra li fihom se jkun involut l-MCAST.
Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman tal-MCST, Jeffrey Pullicino Orlando saħaq dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ekonomija ta’ Malta.