Imniedi proġett li jippromwovi s-servizzi onlajn tal-Gvern

Tnieda l-proġett ‘Servizzi Pubbliċi Onlajn’, servizz immexxi mill-MITA li huwa immirat biex ikabbar l-għarfien u l-użu tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern.
Il-proġett huwa maqsum fuq tliet binarji li huma r-riċerka dwar l-użu tas-servizzi, t-taħriġ għall-uffiċjali pubbliċi u kampanja ta’ għarfien.
B’kollox intgħażlu 26 servizz li jolqtu kemm liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozju, fosthom mir-reġistru pubbliku, l-ETC u l-VAT.
Mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, Malta tinsab fil-15-il post fost it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea fl-indiċi tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali.
Huma 27% tal-Maltin li jagħmlu użu mis-servizzi onlajn tal-Gvern.