Imniedi proċess biex l-Akkademja tal-Pulizija ssir Kulleġġ

Ġie mniedi proċess mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia bil-għan li tiġi emendata l-liġi biex l-Akkademja tal-Pulizija ssir Kulleġġ.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li l-għan ta’ din il-bidla hu li t-taħriġ fil-Kulleġġ ikun fuq livell professjonali, b’lecturers li jkunu full-time u mhux parti mill-Korp tal-Pulizija. 
Il-Kulleġġ tal-Pulizija se jkollu baġit allokat għalih li hu separat mill-baġit li jkollu disponibbli l-Korp tal-Pulizija.