Imniedi Maġisteru fl-Ortodontika mill-Isititut ta’ Ludes

Ġie inawgurat programm ta’ Maġisteru (Masters) fl-Ortodontika, li se jkun qed jitmexxa mill-Istituzzjoni ta' Edukazzjoni Għolja f'Ludes fl-Iżvizzera, università magħrufa għall-qasam ta’ tagħlim u taħriġ mediku fl-Iżvizzera.
Il-kors tnieda mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, sostna li dal-kors se jkun qed jikkontribwixxi sabiex Malta ssir ċentru ta’ tagħlim mediku.
Fost l-oħrajn, il-Maġisteru fl-Ortodontika qed jilqa’ 25 student li ġejjin minn pajjiżi diversi.
Fearne kompla jgħid li l-kors, li beda uffiċjalment ilbieraħ, ikompli jgħaqqad ma’ proġetti simili, fosthom l-iskola medika ta’ Barts, il-korsijiet tan-nursing li se jibdew minn Northumbria Nursing School u l-korsijiet offruti mir-Royal College of Surgeons in Ireland u r-Royal College of Surgeons of Edinburgh.
L-istqarrija ttemm tgħid li dawn il-korsijiet, minbarra l-qasam tas-saħħa, isaħħu wkoll l-ekonomija, għax dawn l-istudenti, kemm Maltin kif ukoll barranin, ’il quddiem se jikkontribwixxu bil-karriera li jagħżlu.