Imniedi l-vidjow uffiċjali ta’ TOMORROW

Tnieda lbieraħ filgħaxija l-vidjow uffiċjali tal-kanzunetta TOMORROW li permezz tagħha Gianluca Bezzina se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Malmo l-Isvezja, f’nofs Mejju li ġej.

Mill-bieraħ filgħaxija, xħin tpoġġa fuq Youtube il-vijow uffiċjali tal-kanzunetta Maltija, rawh mal-24,260 persuna.

Il-vidjow uffiċjali tal-kanzunetta Maltija, miġbud fir-Rabat, fil-Floriana u l-Belt Valletta, intlaqa’ tajjeb ħafna. Dan jixhduh ukoll il-ħafna kummenti li nkitbu fuq is-social media.

Gianluca Bezzina, tabib ta’ 23 sena, rebaħ b’din il-kanzunetta fil-Malta Eurovision Contest li sar fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Frar li għadda. Gianluca għaddej b’bosta preparamenti, li jinkludu wkoll żjarat f’diversi pajjiżi, biex il-kanzunetta Maltija tkun promossa.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.