Imniedi l-qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina nidiet il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid.

Id-Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni Grace Grima spjegat fid-dettal il-proċess tat-tfassil ta’ dan id-dokument, il-proċess ta’ konsultazzjoni twil li sar wara t-tħabbir tal-ewwel abbozz kif ukoll il-kontenut tad-dokument finali.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, l-Assistent Parlamentari Stephen Spiteri, il-kelliem Laburista għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u tal-Alternattiva Demokratika, Mario Mallia, Diretturi Ġenerali, Diretturi tal-Edukazzjoni u l-kapijiet tal-iskejjel kollha tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti.