Imniedi l-proġett E-Anzjan għall-anzjani f’San Vinċenz

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana ħabbret proġett minn sensiela ta’ proġetti relatati mal-IT.
Il-proġett ġie imsemmi ‘e-anzjan’ u qed isir fir-residenza San Vinċenz.
Il-proġett beda fis-swali 3 u 4 tal-blokka Papa Ġwanni Pawlu II u t-tliet swali fil-blokka Padre Pio.
Dan il-proġett se jsir bl-użu ta’ tablets li se jitqassmu lir-residenti fl-istess swali.
Numru ta’ impjegati f’dawn is-swali ġew mistiedna biex ikunu E-Buddys u b’kollox se jkun hemm 20 E-Buddy li huma impjegati tar-Residenza u li ġew imħarrġa apposta biex iwettqu dan l-irwol. 
L-E-Buddy se jgħin lir-resident juża t-tablet biex ikun jista’ jikkomunika mal-qraba tiegħu.
Dan jinkludi social media u Skype. Wara t-taħriġ, l-E-Buddys se jingħataw ukoll ċertifikat u tablet kull wieħed. Kull sala se tingħata ukoll 4 tablets.
Justyne Caruana qalet li fiż-żmien li ġej il-Gvern se jieħu iżjed inizjattivi biex ikompli jħarreġ l-anzjani fl-IT biex jingħataw l-opportunità li jitgħallmu f’San Vinċenz stess. 

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo