Imniedi l-Palazz tal-Ħsieb ġdid

Tnieda l-proġett “The Palace of New Thinking”, propost u żviluppat minn Dr Edward De Bono.
L-għan ta’ dan il-proġett hu li jbiddel il-mod kif wieħed jaħseb fuq kif il-bini storiku jista’ jsir spazju għall-innovazzjoni.
Il-President ta’ Malta, Marie-Loiuse Coleiro Preca, li kienet preżenti għat-tnedija tal-proġett, qalet li hija kburija li qed tagħti s-sapport tagħha għal dan il-proġett u li qed tirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet li Dr De Bono għamel tul is-snin fil-qasam tal-kreattività u ħsieb laterali.
Ritratti: OPR