Imniedi l-Korp ta’ Governanza ta’ Digital Malta

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompettività, José Herrera ħabbar it-twaqqif tal-Korp ta’ Governanza ta’ Digital Malta bejn l-2014 u l-2020.
Dan il-Korp ta’ Governanza se jkollu l-iskop ewlieni li jagħti direzzjoni, jissorvelja l-implimentazzjoni, jiżgura li jkun hemm impenn u kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati u jippromovi l-istrateġija diġitali.
Il-Korp ta’ Governanza se jkun qed joffri l-għajnuna lill-partijiet interessati biex jifhmu u jimplimentaw l-istrateġija, se japprova l-programm annwali ta’ inizjattivi tal-ICT fi ħdan is-settur pubbliku, u jipprovdi direzzjoni f’investiment fil-qasam tal-ICT. 
Se jkun anki qiegħed jiżviluppa qafas u għodda li jkejlu l-benefiċċji miksuba minn proġetti diġitali. 
Ir-riżultati se jkunu aċċessibli għal kullħadd.
Herrera qal li l-Korp se jassigura koerenza fl-implimentazzjoni tal-istrateġija mill-imsieħba kollha.
Sostna li Malta se tibqa’ impenjata biex jintlaħqu b’suċċess l-inizjattivi tal-ICT.  

Ritratt: DOI – Pierre Sammut