Imniedi l-abbozz tal-Istrategija għad-Dħul fl-irtirar u l-Għarfien Finanzjarju

Il-Ministru għall-Familja Michael Farrugia flimkien mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, nieda l-Abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dħul fl-Irtirar u l-Għarfien Finanzjarju.
Il-Ministru Farrugia qal li l-importanza tal-ippjanar għall-irtirar biss, mhux biżżejjed u kemm bżonn li kulħadd ikun finanzjarjament mgħarraf sabiex it-tfaddil jew l-investiment li wieħed jagħmel, jagħti l-frott mixtieq.
L-abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali jenfasizza l-messaġġi ewlenin li huma l-għarfien, l-ippjanar u l-azzjoni. 
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna semma kif il-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy, kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiżna fosthom l-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji, il-Borża ta’ Malta u Finance Malta dejjem kabbru l-għarfien fil-qasam finanzjarju.
Huwa awgura li din l- inizjattiva jkollha riżultati mixtieqa billi jsir studju sabiex jiġi identifikat dejjem aktar minn fejn ġej dan in-nuqqas.
L-abbozz ta’ strategija huwa ppreżentat għall-konsultazzjoni pubblika u għad-diskussjoni.
Il-konsultazzjoni pubblika u d-diskussjoni se jsiru bejn is-27 ta’ Jannar u t-23 ta’ Marzu.
Feedback formali u kuntatt ghandu jsir permezz tal-indirizz elettroniku financialeducation.mfss@gov.mt.