Imniedi kumitat ta’ konsultazzjoni biex ifassal strateġija għat-turiżmu

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis nieda kumitat ta’ konsultazzjoni sabiex ifassal strateġija għat-turiżmu.
Din il-politika għandha tkun segwita minn pjan ta’ implimentazzjoni li se jitmexxa mill-MTA bl-appoġġ tal-partijiet interessatikollha tal-industrija.
Il-politika għat-Turiżmu eżistenti tkopri s-snin bejn l-2012-2016.
Zammit Lewis qal li l-għan prinċipali tal-politika għat-turiżmu għandha tkun l-identifikazzjoni ta’ setturi tas-suq li għandhom potenzjal ta’ tkabbir għax-xhur tax-xitwa.
Saħaq li Malta għandha  kontinwament tkun proattiva u tkompli b’ritmu li timxi qabel il-kompetituri.
Il-Ministru Zammit Lewis rrefera għall-istatistika pożittiva ferm fejn f’April ta’ din is-sena kienet irreġistrata żieda ta’ 13% fil-wasliet u ta’ 10% fl-iljieli.
Ix-xahar ta’ Mejju ra tkabbir ta’ aktar minn 8% fl-ammont ta’ turisti li żaru Malta.

Ritratt: DOI – Martin Attard