​Imniedi kors ġdid għal Diploma f’Child Care

Iċ-Ċentru għall-Iżvilupp tat-Tfal nieda diploma ġdida dwar il-Kura tat-Tfal.
Dan il-kors se jkun qed jipprepara lill-Istudenti biex jipprovdu kura ta’ kwalita’ lit-tfal f’sitwazzjonijiet u postijiet varji. L-għan hu li dawk li jtemmu l-kors b’suċċess, ikunu jistgħu joffru servizz professjonali u dinamiku fl-ambjent ta’ Child Care Centres.
Il-kors jiftaħ fl-10 ta’ Settembru u se jkun qed jiġi mgħallem fiċ-Ċentru tal-Aċċess tal-Kottonera.
Dan il-kors huwa approvat mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Għolja.
Dawk interessati għandhom iċemplu fuq 77473444 jew fuq 79464079