Imniedi dokument ta’ konsultazzjoni għal żoni ta’ rikreazzjoni għat-tfal

Dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Helena Dalli nediet dokument ta’ konsultazzjoni li ġie mfassal mill-MCCAA dwar iż-żoni ta’ logħob tat-tfal indoor. L-għan tal-konsultazzjoni hu li jiġu mnedija standards biex isir titjib f’dawn il-faċilitajiet. Dan il-proċess beda lura fl-2010.

Id-dokument tfassal fuq rakkomandazzjonijiet ma' bosta entitajiet, fosthom tad-Deparment of Social Welfare Standards, Enviromental Health Directorate, il-GRTU u l-Malta Chamber of Commerce.

Il-Ministru Dalli saħqet li huwa essenzjali li jkun hemm is-sigurtà kollha meħtieġa għat-tfal.

Preżenti ukoll matul il-konferenza kien hemm il-Kummissarju għat-Tfal Helen D’Amato. Hija rringrazzjat lill-MCCAA għall-koperazzjoni kollha tagħhom. Hija qalet li l-pass li jmiss issa hu li jkun hemm proċess fejn jingħata feedback mill-ġenituri u dawk kollha li jaħdmu mat-tfal.