Paġna fuq Facebook għal diskussjoni dwar ir-riforma fil-liġi tad-droga

Bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-White Paper li għandha twassal għal riforma fil-liġijiet li jirregolaw id-drogi tal-abbuż, il-Ministeru qed iniedi paġna fuq Facebook biex id-diskussjoni tkompli fuq il-midja soċjali.
Il-gvern qed jipproponi li l-enfasi m'għandhiex tibqa' fuq il-kastig iżda fuq rijabilitazzjoni u l-kura.
Is-sit soċjali fuq Facebook bl-isem ta’ #RaiseTheBars se jiffaċilita l-mod kif persuni interessati fis-suġġett ikunu jistgħu jgħaddu l-ideat u rakomandazzjonijiet tagħhom kif ukoll jistaqsu mistoqsijiet dwar is-suġġett.
Il-konsultazzjoni ilha għaddejja minn 15 ta' Lulju u se tintemm fil-15 ta' Settembru.
Il-Ministeru ser itella' ukoll seminar ta' nofs ta' nhar flimkien mal-istakeholders ewlenin sabiex niddiskutu bl-aktar mod apert dan is-suġġett nhar it-Tnejn l-1 ta' Settembru 2014.
Il-Gvern beħsiebu jressaq l-abbozz finali qabel it-tmiem tas-sena 2014.