Imnedija l-kampanja ta’ promozzjoni tal-BOV Credit Cards għal żmien l-Għid

"Il-parteċipazzjoni fil-kampanja ta’ promozzjoni tal-karti tal-kreditu tal-BOV għal żmien l-Għid hija waħda awtomatika, fejn il-klijenti jingħataw ċans wieħed għal kull xirja li jagħmlu ta’ mhux anqas minn €25 meta jħallsu bil-karta ta’ kreditu,” qal Michael Galea, Chief Electronic Banking Officer tal-Bank of Valletta.
Galea spjega li, wara s-suċċess ta’ promozzjonijiet oħrajn simili li saru għal żmien il-Milied u Jum San Valentinu, għal darb’oħra l-Bank qed joffri inċentiva, filwaqt li jħeġġeġ aktar lill-klijenti tiegħu sabiex jużaw il-karti ta’ kreditu meta jħallsu.
Il-lotterija se tittella’ fl-20 ta’ April 2015.
Għaxar klijenti li isimhom jittella’ bil-polza se jiġu kkuntattjati mill-Bank u jintalbu jwieġbu mistoqsija ħafifa sabiex ikunu jistgħu jirbħu l-premju.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.