Imnedija l-iskema Flexi Training

Ġiet imnedija l-iskema Flexi Training, li hija miftuħa għall-atleti li jikkompetu barra minn Malta.
L-atleti, min iħaddimhom u l-KMS se jaraw li l-iskema tkun waħda flessibbli fil-ħinijiet għax-xogħol u t-taħriġ.
Il-KMS se jara li l-għażla tal-atleti li jibbenefiaw mill-iskema tkun waħda trasparenti.
Iċ-Chairman tal-KMS, Luciano Busuttil qal li l-iskemi preċedenti kienu tajbin iżda l-Kunsill qed jara kif dawn jitjiebu.
Tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Chris Agius li sostna kif il-Gvern irid li l-isport f’pajjiżna ma jibqax wieħed dilettantesk.

Ritratt: DOI – Martin Attard