Imnedija l-inizjattiva Only made in Malta

Tnieda l-proġett Only made in Malta, li huwa t-tieni fażi tal-inizjattiva li bdiet bl-Only in Gozo s-sena li għaddiet.
Il-kunċett ta’ dawn l-inizjattivi huwa li jħares l-ambjent kif ukoll jissalvagwardja l-patrimonju u l-karatteristiċi tal-lokalitajiet ta’ Malta.
L-effett ekonomiku jolqot bosta setturi bħalma huma tal-proprjetà, tat-turiżmu u servizzi oħra.
Il-Ministru Chris Cardona tkellem fuq inizjattivi tal-Gvern fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni, fosthom it-tariffi tal-MEPA, l-iskema tal-first time buyers u l-programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.
Cardona tkellem ukoll fuq in-nisa u l-imprenditorija u qal li daħlu fis-seħħ miżuri biex iżjed nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Huwa semma miżuri bħaċ-Childcare mingħajr ħlas u ż-żieda fil-leave tal-maternità.
Cardona ħeġġeġ biex iktar persuni jidħlu fin-negozju u jagħmlu użu mis-servizzi u l-iskemi tal-Business First fil-Malta Enterprise.