Imnedija l-44 edizzjoni tal-maratona annwali f’Għawdex

MGOZ

Fit-28 t’April se ssir l-44 edizzjoni tat-Teamsport Gozo Half Marathon. Ilp-Ministru t’Għawdex Justyne Caruana nediet din l-edizzjoni u qalet li din il-maratona kull sena qed issir iżjed popolari. Hija qalet f’din l-edizzjoni se jipparteċipaw madwar 2,000 atleta li wħud minnhom huma atleti barranin.

Caruana kompliet li l-aspett sportiv f’Għawdex qed jingħata importanza li jistħoqlu u spjegat kif beda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Akwatiku li se jkun jinkludi pixxina trakka u spazji oħra għal sports differenti f’Kerċem. Hija faħħret l-impenn tal-organizzaturi ta’ din il-maratona u qalet li minkejja li jagħmlu dan b’mod volontarju juru impenn u professjonaliżmu għal mod kif issir din il-maratona.