Imnedija kampanja kontra l-mibgħeda fuq l-internet

Illum il-Kunsill tal-Ewropa se jniedi l-kampanja “No Hate Speech Movement”. L-għan ta’ din il-kampanja hu li titwaqqaf il-xenofobija, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni fuq l-internet. S’issa, din il-kampanja diġa’ għandha s-sapport ta’ 33 pajjiż Ewropew.

Din il-kampanja kontra forom differenti ta’ mibgħeda qed tiġi mwaqqfa minn Thorbjorn Jagland, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Ewropew. Jagland saħaq li vidjows li qed jduru mal-internt li jinkoraġixxu mibgħeda għandhom jieqfu minnufih. Il-Kunsill tal-Ewropa se jkun qed jipprovdi taħriġ lil bloggers żgħażagħ biex jistabilixxu networks soċjali ġodda.