Imnedija abbozzi għall-ħarsien tal-ugwaljanza u d-drittijiet

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli nediet abbozz għall-Ugwaljanza u abbozz għall-ħolqien ta’ Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza.
Fil-ftuħ ta’ seminar fejn ġew imnedija dawn l-abbozzi, il-Ministru Dalli qalet li huwa importanti li l-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem ma tibqax biss ġurnata fil-kalendarju annwali iżda jum ta’ azzjoni.
Qalet li dawn l-abbozzi li ġew ippreżentati juru l-impenn tal-Gvern biex isaħħaħ id-drittijiet umana u l-ugwaljanza.
Fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali ġie mwaqqaf ukoll direttorat għad-Drittijiet u l-Integrazzjoni.
Il-konsultazzjoni pubblika tista’ tiġi aċċessata fis-sit elettroniku www.socialdialogue.gov.mt/humanrights.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo