Imnedi l-logo għal Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija

Il-logo juri l-kunċett u l-identità tal-festival, avveniment mistenni fil-kalendarju kulturali.

Il-finali tal-festival se jsir fid-9 ta' Novembru f'Dar il-Mediterran fejn se jikkompetu 14-il kantant Malti u 14-il kantant barrani. Ġurija t'esperti se tkun qed tagħti l-vot tagħha filwaqt li l-pubbliku mistieden jivvota fit-televoting.

F'dan il-lejl, l-orkestra se tkun immexxija mill-Maestro Sigmund Mifsud.

Dan il-festival qed jiġi organizzat mill-Assoċjazzjoni Dinjija t'Organizzaturi u Artisti, flimkien mal-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali Jose’ Herrera.