“Imnalla missejt mal-mewt u għamilt xahrejn fis-sodda”

Żagħżugħ li miss mal-mewt 6 snin ilu wera l-apprezzament tiegħu tal-ħajja u lejn kull min għenu joħroġ minn dik il-burraxka, li hu jgħid li mnalla li għadda minnha biex sar ir-raġel li hu llum.

Chris Goa Farrugia kien f’inċident li ġiegħlu jissielet għal ħajtu fil-5 ta’ Settembru tal-2012, meta tilef kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’siġra fil-bypass ta’ bejn ir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ.

Ir-Rabti rrakkonta kif iż-żmien ta’ wara l-inċident sawru fil-persuna li hu llum, li issa jifhem it-tifsira vera tal-imħabba u tal-ħbiberija.

F’dawn is-6 snin, irnexxielu jwettaq il-ħolm li qatt ma basar li ħa jirnexxielu jagħmel realtà, kemm fil-karriera tiegħu, kif ukoll fil-ħajja personali tiegħu.

Permezz tal-esperjenza iebsa li kellu, Chris xtaq li jqawwi qalb kull persuna li għaddejja minn xi żmien diffiċli, u jgħidilha li dejjem hemm raġuni wara dak li jiġri f’ħajjitna. Dawn iż-żminijiet diffiċli jgħinu lil dak li jkun biex isir verżjoni aħjar tiegħu nnifsu, temm jgħid Chris.

Time flies. Today marks exactly 6 years from that faitfhful day of Wednesday, 5th of September 2012, in which I had a…

Posted by Chris Goa Farrugia on Wednesday, September 5, 2018