“Imnalla għami għax mhux qed nara l-kruha ta’ bini” – Cutajar

PN

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Għawdxi Kevin Cutajar ħareġ bi stqarrija iebsa dwar il-qagħda tal-ippjanar fil-pajjiż.

Meta kien qed jitkellem waqt id-dibattitu tal-mozzjoni tal-estimi ta’ dħul u nfiq tal-awtorità Maltija tal-Ippjanar, Cutajar qal li “xi kultant ngħid imn’Alla jien persuna nieqes mid-dawl għax qed nevita milli nħares lejn il-kruha ta’ bini li tiela’.”

Waqt għeluq id-dibattitu, l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia rrisponda lid-deputat Għawdxi u qallu “ok, ejja naqbel miegħek. Però int x’se ġġib fuq il-medja. Kieku għada tistembaħ ministru x’se tkun qed tagħmel dwar is-sitwazzjoni?” staqsa l-Ministru.

Il-Ministru qal li l-ikbar sfreġju ambjentali sar fl-2006 meta sar il-proċess imsejjaħ rationalisation process li l-impatt ambjentali tiegħu għadu qed jinħass sal-lum.