​”Immorali li wieħed jgħin fil-bini tal-Ħajt ta’ Trump”

L-editorjal tal-gazzetta tad-Djoċesi ta’ Mexico City isostni li hu immorali li wieħed  jgħin lill-President Amerikan Donald Trump jibni ħajt fuq il-fruntiera mal-Messiku għax dan il-ħajt ikun affront serju għad-dinjità.
Il-gazzetta Desde La Fe ikkritikat lill-Gvern Messikan għar-reazzjoni fjakka tiegħu għal dikjarazzjonijiet ta’ kumpanniji Messikani li jkunu lesti jitfgħu offerti għall-kuntratt biex jinbena dan il-proġett tal-President Amerikan.
Is-sidien ta’ dawn il-kumpanniji jitqiesu bħala tradituri ta’ pajjiżhom.
Il-fehma espressa minn dan l-editorjal tirrifletti l-ħsieb tal-Arċidjocesi Messikana.