Immodernizzat id-Dipartiment tal-Psikoloġija f’Monte Carmeli

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità Mario Galea fetaħ mill-ġdid id-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-Isptar Monte Carmeli, li fl-aħħar ġimgħat għadda minn proċess ta’ immodernizzar.

Mario Galea qal li b’tijm ta’ 17-il psikologu u 23 trainee, li joffru għajnuna u terapija lill-pazjenti li jkollhom kundizzjonijiet psikoloġiċi, fl-2012 kien offrut servizz ta’ 9,400 sessjoni lil 2,056 klijent. Huwa fakkar fis-servizz li l-istess Dipartiment joffri fil-komunità, f’erbgħin lokalità f’Malta.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-liġi l-ġdida dwar is-saħħa mentali qed tkun implimimentata b’mod li permezz tagħha jittejjeb is-servizz.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.