Aġġornata: Il-Forzi Armati jduru lura wara li Lifeline rrifjutaw l-għajnuna

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li ħabbar fuq Twitter illi Malta għenet fis-salvataġġ ta’ persuna waħda fuq il-bastiment Lifeline, żied jgħid waqt intervista fuq One Radio illi ħadd ma jista’ jordna lil Malta x’tagħmel.

Il-vapur Lifeline inqabad fil-kontroversja dwar l-immigrazzjoni li għadha qed tiskala lejlet is-summit tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-vapur Lifeline hemm għadd ta’ immigranti. L-Italja qed issostni li l-vapur ma għandux jidħol f’port Taljan waqt li Malta qed issostni li ma għandha l-ebda obbligu li tilqa’ l-vapur fil-portijiet Maltin. Minkejja dan, il-Forzi Armati Maltin qed joffru għajnuna umanitarja.

Waqt intervista fuq One Radio, il-Prim Ministru sostna illi Malta hija pajjiż sovran u allura ħadd ma jista’ jordna lil Malta x’tagħmel.  Muscat qal li l-bastiment Lifeline kien bejn Lampedusa u l-Libja, mhux fl-ibħra Maltin.  Żied jgħid illi l-NGO li tmexxi l-vapur injorat l-ordnijiet li tawha t-Taljani biex tittrasferixxi l-immigranti lill-awtoritajiet Libjani u minflok għamlet hekk, qabdet ir-rotta lejn l-Italja.

Qal li l-liġi tal-baħar hija ċara, u tgħid li jekk ħadd ma laqgħu, dan ma jistax jibqa’ jitlajja kif qed jagħmel bħalissa.  Il-Prim Ministru qal ukoll li hemm kwistjoni dwar fejn hu reġistrat dan il-bastiment. Kien intqal li kien reġistrat l-Olanda, iżda l-Olanda ċaħditu dan. Fil-fatt jidher li hu ċċertifikat bħala ‘pleasure boat,’ bħal dawk turistiċi, u mhux bastiment ta’ salvataġġ.

Il-PM bil-fatti sa issa dwar il-bastiment Lifeline

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ta dettalji dwar dak li seħħ sa issa fil-kwistjoni tal-bastiment Lifeline. Il-Prim Ministru għamel dan f’intervista rrekordjata dalgħodu, li se tixxandar għada l-Ħadd. Dettalji fil-filmat.

Posted by Partit Laburista on Saturday, June 23, 2018

 

Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja lill-Gvern fid-deċiżjoni tiegħu

Adrian Delia qal fuq Twitter li l-Partit Nazzjonalista qabel mal-Gvern fl-osservazzjoni tiegħu tal-liġi internazzjonali.

Titħassar il-ħidma ta’ salvataġġ

Wara li l-Forzi Armati pruvaw jevakwaw persuna mill-bastiment Lifeline, ġew infurmati li m’għadx hemm bżonn. Fi stqarrija, il-Forzi Armati qalu li għalhekk tħassret il-ħidma ta’ salvataġġ.

Qalu wkoll li xorta waħda għandhom se jiġu pprovduti xi provvisti abbord il-bastiment Lifeline.