Immigrazzjoni: Is-Slovenja tagħlaq il-fruntieri, iktar tfal imutu fil-Mediterran

Hekk kif f’Malta qed jiltaqgħu l-mexxejja Ewropej u Afrikani dwar l-immigrazzjoni, l-emerġenza fil-Mediterran għadha għaddejja.
Matul il-lejl li għadda, 14-il persuna, almenu 7 fosthom tfal, għerqu barra t-Turkija.
Fl-istess ħin, is-Slovenja bdiet tibni kanċell għoli li jagħlaq il-fruntiera mal-Kroazja, jum biss wara d-dikjarazzjoni tal-Gvern li jrid jikkontrolla d-dħul ta’ nies fil-pajjiż.
Minn nofs Ottubru ‘l hawn, minn meta l-Ungerija għalqet il-fruntieri tagħha, fis-Slovenja daħlu 180,000 persuna.