Immigrazzjoni: 3,500 persuna salvati f’24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa ġew salvati 3,480 persuna mill-baħar waqt 15-il ħidma differenti kordinati mill-Guardia Costiera Taljana u li ħadu sehem fihom pajjiżi oħra fosthom Malta. 
It-talbiet għall-għajnuna saru permezz ta’ telefown satellitari. 
L-immigranti mgħejjuna kienu fuq disa’ dgħajjes u sitt dingijiet madwar 45 mil ‘il barra mix-xatt Libjan. 
Fost in-nisa li ġew salvati lbieraħ u li ddaħlu fil-port ta’ Pozzallo, kien hemm 16-il mara u sebat itfal. 
Fil-ħidma ta’ salvataġġ qed jieħdu sehem il-Marina Militari Taljana, il-Guardia di Finanza, il-vapur Phoenix, immexxi mill-fondazzjoni Maltija MOAS (Migrant Offshore Aid Station), in-navy Ingliża, il-bastimenti tal-militar Ġermaniża u dik Irlandiża. 
Il-Ministru Ingliż għad-Difiża, Michael Fallon, bħalissa jinsab fuq il-bastiment HMS Bulwark, li jisnab fi triqtu lejn il-Libja, beix ikompli jgħin lill-immigranti. 
Proprju minn fuq dan il-bastiment, il-Ministru Ingliż appella lill-kumplament tal-pajjiżi Ewropej li għandhom marina militari, biex jagħtu daqqa t’id fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni. 
L-HMS Bulwark hu wieħed mill-bastimenti li l-Prim Ministru David Cameron poġġa għad-dispożizzjoni ta’ Triton, il-ħidma tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran.
Madanakollu, Cameron għamilha ċara mill-bidu li l-persuni salvati mhux se jittieħdu l-Ingilterra iżda se jitniżżlu l-Italja jew il-Greċja.