Immigranti salvati mill-għarqa; se jintbagħtu lura “l-infern”?

Awtoritajiet u Gwardji tal-Kosta kkonfermaw li bastiment tal-merkanzija salva għadd ta’ immigranti mill-għarqa, iżda jidher li hemm ċans li dawn jispiċċaw jintbagħtu lura l-Libja, minn fejn kienu qed jaħarbu.

Dan ġie kkonfermat permezz ta’ Tweet minn Alarm Phone li tirrapporta dwar dgħajjes  ta’ immigranti u orħajn li jkunu fil-periklu li jitilfu ħajjithom fuq il-baħar.

It-tweet tispjega li l-bastiment jiżbarka fil-port ta’ Misurata fil-Libja. Jiġifieri l-immigranti miġbura minn dan il-bastiment jistgħu jitniżżlu hemmhekk. Alarm Phone sostna li din hija forma ta’ ksur ta’ liġijiet internazzjonali, hekk kif dawn il-persuni se jintbagħtu lura l-“infern” wara aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar.

Alarm Phone kienet ġibdet l-attenzjoni dwar id-dgħajsa f’periklu l-Ħadd filgħodu. Skont NGOs differenti, aktar minn 100 persuna kienu abbord. Dan seħħ propju wara li 24 siegħa madwar 170 persuna mietu jew għebu f’żewġ nawfraġji differenti fil-baħar Mediterran.

Madwar 170 persuna mejta f’żewġ nawfraġji separati