Immigranti mil-Lifeline għan-Norveġja – PM

Twitter - Joseph Muscat

Grupp ta’ immigranti li waslu Malta fuq il-bastiment Lifeline ntbagħtu lejn in-Norveġja, skont il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fuq Twitter Muscat tella’ ritratt li juri lill-immigranti jitilgħu abbord ajruplan.

Mhux magħruf kemm huwa kbir dan il-grupp ta’ immigranti.

51 mill-immigranti li waslu Malta abbord il-bastiment Lifeline diġà telqu għal Franza.

Grupp ieħor ta’ immigranti li ġew Malta fuq il-bastiment Lifeline, marru lejn il-Lussemburgu.

Wara li kienu għamlu sitt ijiem bejn sema u ilma, il-234 immigrant abbord il-bastiment MV Lifeline, tħallew jidħlu Malta fis-27 ta’ Ġunju.