Immigranti maħruba: 12 il-Qorti; 8 għadhom ma nstabux

It-12-il immigrant minn 20 li matul il-ġurnata tat-Tnejn ħarbu miċ-ċentru ta’ ditenzjoni f’Ħal Safi tressqu l-Qorti llum. Huma tressqu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.

Aqra: 20 immigrant jaħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni; jinstabu 9

L-Ispettur Trevor Micallef li kien qed imexxi l-prosekuzzjoni akkuża lill-immigranti li ħarbu miċ-ċentru ta’ ditenzjoni. L-etajiet tal-akkużati huma bejn it-18 u l-24 sena.

Il-maġġoranza tal-immigranti li ħarbu miċ-ċentru ta’ ditenzjoni lbieraħ huma mill-Marokk. Filfatt skont stqarrija tal-pulizija b’kollox kien hemm 20 immigrant; 19 mill-Marokk u 1 mill-Eġittu.

Fil-Qorti l-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriehom.