Immigranti li mingħalihom waslu Malta arrestati fil-Libja

Grupp ta’ madwar 100 immigrant irregolari ġew iffrodati minn persuni Libjani meta ġew imqarrqa li waslu Malta.

Jirriżulta li dawn l-immigranti ħalsu l-flus lil kaptan Libjan biex iwassalhom Malta.

Huma telqu minn Tajura u wara ftit siegħat baqgħu ankrati f’nofs ta’ baħar sakemm daħlu f’Siyahiya meta kien mingħalihom li waslu Malta.

Hekk kif niżlu l-art ġew arrestati mill-Pulizija Libjana.

F’dan il-każ li ġie rrappurtat fil-Libja, l-immigranti sostnew li ma setgħux jindunaw li l-kaptan kien qiegħed jigdeb għaliex kienu f’nofs ta’ baħar u għalkemm iħallsu l-flus u jirriskjaw ħajjithom ikollhom jobdu l-ordnijiet li jagħtuhom