Immigranti jistrajkjaw minħabba l-imwiet fit-toroq

Grupp ta’ immigranti llum qed jistrajkjaw biex jipprotestaw għall-imwiet ta’ 16-il kollega tagħhom li nqatlu din il-ġimgħa f’żewġ inċidenti tat-traffiku separati fin-Nofsinhar tal-Italja.

Eluf ta’ immigranti jaħdmu fit-tarf tan-Nofsinhar tal-Italja matul ix-xhur tas-sajf, minħabba l-ħsad tat-tadam.

Huma jitħallsu madwar €3 fis-siegħa, inqas minn nofs il-paga minima għall-ħaddiema agrikoli, u ħafna minnhom għadhom jgħixu fi bliet mingħajr ilma jew elettriku.

Aqra r-rapport hawn.